Statwi u Monumenti
Monument għall-Vittmi tal-Gwerra
Il-Monument tal-Vittmi tal-Gwerra jinsab fiż-żona tal-Knisja Parrokkjali, eżattament fix-Xatt ta’ Bormla. Ġie inawgurat fid-19 ta’ Novembru, 1994, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 anniversarju mill-pellegrinaġġ bl-Istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni minn Birkirkara sa Bormla fl-1944. Il-pellegrinaġġ sar fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija biex jiġi ċċelebrat il-fatt. li minkejja l-bumbardamenti qawwija matul it-Tieni Gwerra Dinjija fil-viċinitajiet tat-tarzna, il-Knisja Parrokkjali b’mod mirakoluż baqgħet wieqfa mingħajr ebda ħsara. Nirrakkomandaw ukoll li l-viżitaturi fit-tlett ibliet, jużaw ftit ħin biex jimxu minn numru ta’ toroq medjevali f’Bormla bħal Triq Nelson, Triq Alessandru, Triq San Lazzru, Triq id-Dejqa, Triq Matty Grima u Triq San Mikiel.