Saħħa

Ċentru tas-Saħħa Bormla

L-għan ewlieni taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla huwa li jipprovdi kura ħolistika ta’ kwalità minn tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti. Jimmira wkoll li jipprovdi kura tas-saħħa primarja lil soċjetà aktar b’saħħitha billi jipprovdi l-edukazzjoni meħtieġa, kura preventiva u trattament f’waqtu.

Il-missjoni tiegħu hija li titrawwem kultura ta’ eċċellenza bbażata fuq kura tas-saħħa personalizzata u sħiħa li tiffoka fuq il-promozzjoni u l-prevenzjoni tas-saħħa.

Tipi ta’ Servizzi pprovduti:

Tabib tal-Familja, Żjarat fid-Dar, Servizz ta’ Nursing, Testijiet tad-Demm, Klinika Medika, Klinika tad-Dijabete, Klinika Pedjatrika, Klinika tat-Taħdit u Lingwa, Klinika tal-Fiżjoterapija, Klinika tas-Saħħa Mentali, Ġinekoloġija, Klinika ECG, Klinika tat-Tilqim, Servizz ta’ Kura Immedjata.

Ħinijiet tal-Ftuħ:

 Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mit-08:00am sat-08:00pm

Is-Sibt: mit-08:00am sas-01:00pm

Indirizz:

Triq Ljun, Bormla

Telefown:

21675492/21673292-3